Saturday, December 21, 2024

Imut Lorenzo Vella, il-Kap tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea f’Malta

Aqra wkoll

Tħabbret il-mewt tal-Kap tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea f’Malta, Lorenzo Vella.

Huwa kien inħatar f’dan l-irwol fl-ewwel ta’ Marzu tal-2023, wara esperjenza ta’ 15-il sena fl-Affarijiet Ewropej fi Brussell u fil-Lussemburgu, u anke fis-servizz pubbliku hawn Malta.

Hu kien iservi bħala r-Rappreżentant Permanenti ta’ Malta għall-Kunsill tal-Ewropa fi Strasburgu.

Kienu bosta li sellmu l-memorja tiegħu fosthom il-Prim Ministru Robert Abela li kiteb li huwa “imnikket bit-telfa ta’ Lorenzo, li ta servizz impekkabbli lil pajjiżna u f’żgħożitu fil-Partit Laburista.”

Min-naħa tiegħu l-Ministru għal Affarijiet Barranin Ian Borg f’messaġġ li kiteb biex isellem il-memorja ta’ Vella qal li “ħallejtna kmieni wisq, iżda kont qed tbati ħabib. Strieħ fis-sliem. Lorenzo, ser tħallilna ħafna memorji sbieħ.”

Ekonomija

Sport