Sunday, October 27, 2024

Inawgurat ċentru li ser joffri numru ta’ servizzi ta’ saħħa lit-tfal, adolexxenti u żgħażagħ

Aqra wkoll

Il-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela inawgura Ċentru ta’ Servizzi għat-Tfal, Adolexxenti u Żgħażagħ fir-Rabat Għawdex.

Il-Ministru Abela spjega kif permezz ta’ dan iċ-ċentru ġdid, ser ikunu qed jibbenefikaw mat-300 individwu u l-familji tagħhom. Kompla jgħid kif f’dan iċ-ċentru ser ikunu qed jiġu offruti numru ta’ servizzi li jiġu offruti fit-Taqsima ta’ CDAU u CYPS, fosthom, Occupational Therapy; fiżjoterapija; patoloġija tal-lingwa tat-taħdit; psikjatrija tat-tfal u l-adolexxenti; u servizzi ġodda bħal dental hygienist (educational); pedjatrija tal-komunità; u terapija tal-familja.

“Anke f’Għawdex rajna li jkun hawn din il-faċilità li tista’ tipprovdi servizz modern u ħolistiku. Din il-faċilità tinsab ukoll qrib l-Isptar Ġeneral t’Għawdex li għalih, kif diġà ġie mħabbar, hemm pjan ta’ żvilupp u riġenerazzjoni. L-għan ta’ dan iċ-ċentru huwa li joffri servizzi ta’ kura tas-saħħa u appoġġ kemm lill-klijent kif ukoll lill-familjari jew persuni li jieħdu ħsiebhom,” sostna l-Ministru Jo Etienne Abela.

Sport