Waqt li kien qiegħed jindirizza attvita politika organizzata mill-Partit Nazzjonalista fi Pjazza Sant’Anna, f’Tas-Sliema, il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech ħeġġeġ lin-nies biex jingħaqdu miegħu biex ikun jista’ jwettaq il-bidla li hawn tant bżonn fil-pajjiż.
Sostna li pajjiżna ma jistax jibqa’ sejjer fid-direzzjoni li sejjer filwaqt li rrefera għal diversi ġrajjiet biex skont hu l-Prim Ministru ġie sforzat jiftaħ inkjesta pubblika fil-każ ta’ Jean Paul Sofia.
Il-Kap Nazzjonalista qal li Robert Abela kellu jbaxxi rasi għar-rajba tal-poplu biex b’hekk seta’ jirbaħ Jean Paul Sofia u anke ommu.
F’Tas-Sliema, Bernard Grech kompla jattakka lill-Partit Laburista u anke lill-Gvern imexxi mill-Prim Ministru fejn qal li xejn mhu se jinbidel sakemm jibqa’ l-labour fil-Gvern għax “dan hu partit li lest jaħsel kollox. Ħasel il-flus, ħasel ir-reputazzjoni ta’ Malta u anke ħaseb biex il-ħażin ġabu jidher tajjeb.”
F’ħafna mid-diskors tiegħu l-Kap tal-Partit Nazzjonalista kien qiegħed jirreferi għal ġrajjiet li seħħew kemm fil-Parlament u anke barra biex waslu li tinfetaħ l-inkjesta pubblika liema konklużżjonijiet ġew ippreżentati lill-Prim Ministru u anke ġew ippubblikati matul din il-ġimgħal.
Bernard Grech qal li meta kienet qed tiġi diskussa l-mozzjoni fil-Parlament biex tinfetaħ l-inkjesta pubblika u kien ħaseb fil-fut kif jista’ jwaqqaf f’nassa lid-Deputati Laburista u fil-fatt qal li “bis-saħħa tiegħi d-Deputati Laburisti nqabdu f’nassa minħabba li studjajt u ppjanat sew kif jiġu ppreżentati l-affarijiet fil-Parlament.”
Dwar ir-rapport finali tal-inkjesta pubblika Grech qal li dawn huma ċari u juru biċ-ċar li taħt Robert Abela kollox sejjer ħażin u ma hemm xejn tajjeb fil-Gvern. Qal li l-Gvern qatt ma jagħti każ ir-rakomandazzjonijiet tal-inkjesti u qatt ma jimplimenta xejn. Fost l-oħra semma kif ma sar xejn wara l-inkjesta ta’ Brenice Cassar u anke l-inkjesta ta’ Daphne Caruana Galizia.
Hu temm id-diskors tiegħu billi stqarr li dan il-Gvern m’għandu l-ebda rieda li jirranġa l-affarijiet. “Hemm bżonn il-bidla… ingħaqdu miegħu biex inwettqu din il-bidla li rrid naħdmu għalija kollha kemm aħna.”
Ir rizultati juru id differenza li hemm bejnek Onor Grech u l priministru.Anqas biss jix raqlek li taqfillu l lazz taz zarbun tieghu.Kif qatt nista nafda kap ta pajjiz li jiddikjara li jaqla £6000 lira fis sena u jixtri villa bis swiming pool.Qieghed tmexxi l partit li shabek tar republika iriduk hemm ghax taghmel dak li jghidulek huma.Kif nista nemmen li int bhala kap lest li tibghat it tfal taghna ghall gwerra ghax qaltlek il brava metsola.