Monday, December 9, 2024

Inkwetanti: Każijiet mhux irrapportati u oħrajn jinħafru fil-qorti…

Carmen Cachia
Carmen Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

Il-problema tal-vjolenza domestika hija realtà inkwetanti li indirizzata b’serjetà wkoll il-President ta’ Malta, Myriam Spiteri Debono li fil-konferenza kkwotat statistika internazzjonali li fiha jirriżulta mara minn kull tnejn, mill-inqas darba f’ħajjithom, ikunu vittmi ta’ vjolenza fiżika jew sesswali. Din l-istatistika teskludi abbuż ieħor fosthom dak emozzjonali u finanzjarju li huwa diffiċli li jikkwantifikawhom.

Il-President Spiteri Debono qalet li tul is-snin fuq livell internazzjonali ssaħħu l-miżuri u l-qafas legali bin-Nazzjonijiet Uniti jkollha rwol kruċjali fil-ġlieda kontra l-vjolenza abbażi l-ġeneru. Hawn semmiet kif anke Malta daħlu fis-seħħ diversi miżuri u liġijiet iżda minkejja dan, il-każijiet ta’ vjolenza domestika “nafu li qegħdin jiżdiedu” b’aktar minn 2,000 każ irrapportati fl-2023. Hija qalet li s-sitwazzjoni hija agħar meta wieħed jikkonsidra r-rata ta’ kemm ma jiġux irrapportati każijiet u kemm ikun hemm vittmi li “jaħfru” lill-agressur tagħhom fil-Qorti minħabba, probabbilment, biża’ ta’ riperkussjonijiet għall-vittma.

Il-President ta’ Malta saħqet li l-vjolenza fuq in-nisa trid tiġi indirizzata u dan anke fid-dawl tal-każijiet ta’ femiċidji. Filwaqt li elenkat is-servizzi offruti lill-vittmi ta’ vjolenza domestika, hija qalet li dawn qegħdin hemm u issa huma n-nisa li jridu jagħmlu xi ħaġa dwar il-problemi li jiffaċċjaw fir-rigward. 

Filwaqt li ħeġġet lill-vittmi biex jagħmlu użu mis-servizzi offruti, il-President Myriam Spiteri Debono insitiet li, “is-servizzi ta’ għajnuna għall-vittmi ta’ vjolenza domestika huma riżorsi vitali u li wieħed jirrikorri għalihom huwa l-ewwel pass biex jikseb sigurtà u ħajja ħielsa mill-abbuż. Żiedet li l-ħidma kollettiva mill-Pulizija, l-NGOs, agenziji, entitatjiet pubbliċi, professjonisti u politiċi taż-żewġ naħat hija meħtieġa biex verament nagħmlu l-almu tagħna ħalli neradikaw din il-pjaga. 

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport