Monday, December 9, 2024

Lill-vittmi ta’ vjolenza domestika…“Irid isir rapport”

- Sylvana Gafa mill-Victim Support Agency b’parir lill-vittmi tal-vjolenza domestika

Carmen Cachia
Carmen Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

Sylvana Gafà mill-Victim Support Agency ħadet sehem fil-panel ta’ diskussjoni tal-konferenza “Niċċelebraw 30 Sena ta’ Għajnuna lill-Vittmi ta’ Vjolenza Domestika” fejn fuq kollox saħqet fl-importanza li kull min huwa vittma ta’ vjolenza domestika għandu jirrikorri għand il-pulizija u dan mhux biss biex ikellmu lill-agressur imma anke biex isir rapport ħalli jinbdew l-investigazzjonijiet meħtieġa għall-qorti flimkien ma’ servizzi oħra li għandna offruti f’Malta.

Gafà qalet li bħala aġenzija huma waħda multidixxiplinarja li jikkollaboraw flimkien ħalli jagħtu l-aħjar servizz lill-vittmi li jirrkorru għandhom. Dan barra l-Pulizija, iċ-Child Protection Services u aġenziji oħra.

“Il-Pulizija huma parti importanti u hemm bżonn li jkun m’hemm fiduċja fil-Korp u li l-vittmi ma jħossuhomx komdi, inutli niddiskutu hawn. Il-fatt li l-vittma spiċċat f’għassa tal-Pulizija, hija ma setgħetx issolvi l-abbuż waħidha. Allura, għandha bżonn issib il-kuraġġ biex tagħmel rapport,” temmet b’parir Gafà.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport