Sunday, December 22, 2024

Ir-rata tal-qgħad f’Diċembru kienet ta’ 2.4%

Aqra wkoll

FʼDiċembru 2023, ir-rata tal-qgħad kienet taʼ 2.4 fil-mija. Dan ifisser tnaqqis ta’ 0.6% fuq Diċembru tal-2022, meta l-qgħad kien fil-livell ta’ 3%.
Statistika maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika turi li r-rata tal-qgħad fost l-irġiel kienet taʼ 2.3 fil-mija, filwaqt li dik fost in-nisa laħqet it-2.6 fil-mija.

Ir-rata tal-qgħad fʼDiċembru 2023 għall-persuni li għandhom bejn 15 u 24 sena (ir-rata tal-qgħad taż-żgħażagħ) kienet taʼ 6.9 fil-mija, filwaqt li r-rata taʼ dawk li għandhom bejn 25 u 74 sena kienet taʼ 2.0 fil-mija.

Ekonomija

Sport