Sunday, December 22, 2024

Is-Segretarju Parlamentari Glenn Bedingfield bi żjara lill-ħaddiema tad-Diviżjoni tat-Tindif 

Aqra wkoll

Wara li ħa l-ġurament tal-ħatra t-Tnejn filgħodu, is-Segretarju Parlamentari għall-Indafa Pubblika Glenn Bedingfield mar jiltaqa’ mal-ħaddiema tad-Diviżjoni għat-Tindif u l-Manuntenzjoni f’Ħal Luqa.

Fl-indirizz tiegħu, Bedingfield beda biex irringrazzja lill-ħaddiema għax-xogħol siewi li qed iwettqu. Huwa ħeġġeġ lill-poplu kollu sabiex kulħadd jagħmel sforz u b’hekk nieħdu aktar ħsieb pajjiżna. 

Min-naħa tiegħu, il-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo, minbarra li rringrazzja lill-ħaddiema, sostna li d-diviżjoni tal-indafa qed twettaq investiment fir-riżorsa umana u fil-vetturu u makkinarji li jintużaw sabiex pajjiżna jkun isbaħ u iktar nadif. 

Matul ix-xahar li għadda, id-Diviżjoni ħabbret investiment fi 73 vettura, li bdew jintużaw sabiex tinżamm l-indafa fil-pubblika. Dan kollu kien possibli minħabba li sar investiment ta’ £7 miljun minn fondi Ewopej. 

Waqt iż-żjara fil-kwartieri tad-Diviżjoni f’Ħal Luqa, is-Segetarju Parlamentari Glen Bedingfield u l-Ministru tat-Turiżmu Clayton Bartolo, kienu akkumpanjati mis-Segretarju Permanenti Anthony Gatt u ntlaqgħu mid-Direttur Ġenerali tad-Diviżjoni, Ramon Deguara. 

Ekonomija

Sport