Thursday, December 26, 2024

Aġġornat: Raġel jitlef ħajtu wara li waqa’ tliet sulari fl-Imsida

Aqra wkoll

Raġel ta’ 32 sena mill-Venezuela, tilef ħajtu aktar kmieni dalgħodu fl-Isptar Mater Dei wara li lbieraħ waqa’ minn għoli ta’ madwar tliet sulari.

L-investigazzjoni tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

Aktar qabel…

Raġel sofra ġrieħi serai wara li aktar kmieni għall-ħabta tas-6:00 a.m cab ruħu f’diffikultà wara li waqa’ minn għoli fi Triq tal-Qroqq l-Imsida.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li raġel ta’ 32 sena mill-Venezuela, waqa’ minn għoli ta’ madwar tliet sulari f’bitħa ta’ residenza privata. 

Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Rachael Montebello  li ħatret inkjesta. 

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija tad-Distrett għadhom għaddejjin. 

Ekonomija

Sport