Friday, December 13, 2024

Iweġġa’ serjament f’inċident f’sit ta’ kostruzzjoni fWied il-Għajn

Aqra wkoll

Raġel iddaħħal l-Isptar b’urġenza wara li għall-ħabta tad-9:30 a.m kien involut f’inċident f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq Artillieri f’Wied il-Għajn.

Minn stħarriġ illi sar, irriżulta li raġel ta’ 45 sena residenti Ħal Qormi, waqa’ fit-taraġ u ħabat rasu.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti u ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li weġġa’ serjament.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Monica Vella li fetħet inkjesta filwaqt li linvestigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport