Tuesday, September 24, 2024

Jadon Sancho segwit minn Barcelona

Aqra wkoll

Juventus qed jaffaċċjaw il-konkorrenza ta’ Barcelona għall-plejer Ingliż Jadon Sancho. Id-direttur sportiv Deco qed jitkellem mad-diriġenti ta’ Manchester United sabiex jaslu f’xi forma ta’ ftehim.

Min-naħa tiegħu, Sancho qed jittama li jsib stabbilta’ fil-karriera tiegħu wara perjodu mhux daqshekk konsistenti mar-Red Devils. L-istess plejer kellu battibekk mal-kowċ Erik Ten Hag b’dan tal-aħħar jgħid li xejn ma kienet qed togħġbu l-attitudni tal-plejer speċjalment waqt is-sessjoni ta’ taħriġ. Hu kien anke fuq bażi ta’ self ma’ Borussia Dortmund.

Sport