Friday, April 19, 2024

Jammetti li daħal f’Windsor Castle bl-intenzjoni li joqtol lir-Reġina Eliżabetta

Aqra wkoll

Eks ħaddiem ta’ supermarket jammetti li fl-2021 kellu l-intenzjoni li joqtol lill-Eks Reġina Eliżabetta kif ukoll li kien qed iġorr arma ikkargata — crossbow — f’post pubbliku.

Jaswant Singh Chail, ta’ 21 sena minn Hampshire, ġie arrestat fil-Milied tal-2021 fir-residenza privata tal-Eks Reġina Eliżabetta f’Windsor Castle.

Il-Prosekutur Kathryn Selby, fix-xhieda tagħha qalet li l-akkużat, nhar il-Milied tal-2021 daħal liebes maskra u kkonfronta lil wieħed mill-uffiċjali tas-sigurtà. Hija kompliet tgħid li l-uffiċjal tant kemm kien imħasseb b’dan l-aġir li mal-ewwel prepara t-taser, filwaqt li l-ewwel kliem tal-akkużat kienu “Ġejt biex noqtol lir-Reġina”.

Il-Prosekutur Selby qalet li kien f’dak il-mument li l-uffiċjal irrealizza illi Chail kellu arma f’idejh, u minnufih l-uffiċjal ipponta t-taser fid-direzzjoni ta’ Chail filwaqt li beda jtih ordni sabiex jitlaq l-arma mal-art u jinżel għarkupptejh. Il-Qorti Kriminali tal-Ingilterra, Old Bailey, kompliet tisma’ kif l-aggressur għalkemm ikkopera mal-istruzzjonijiet li ngħata, baqa’ jsostni l-istess messeġġ; dak li kien jinsab fil-Kastell biex joqtol lir-Reġina.

Chail ġie arrestat dik l-għodwa stess wara li allegatament intlemaħ fil-pussess ta’ arma kkargata — ‘Supersonic X-Bow’.

L-imputat bħalissa jinsab miżmum fi sptar psikjatriku f’Berkshire wara li s-Sur Justice Jeremy Baker ordna biex lil Chail isirlu rapport psikjatriku sabiex ikun jista’ jiġi deċiż x’tip ta’ sentenza għandha tingħatalu: jekk hux li jiġi rikoverat fi sptar mentali jew inkella jiskontax sentenza l-ħabs. Infatti, Chail ingħaqad għas-smigħ tal-każ permezz ta’ konferenza online mill-Isptar Broadmoor iktar kmieni llum.

Il-Prosekuzzjoni kompliet tgħid li r-raġuni għal dan l-aġir kien li l-imputat ried jagħmel vendetta biex ipatti għall-azzjonijiet li saru mill-establishment għall-mod trattaw lill-Indjani. Dan hekk kif apparentament, l-imputat huwa ta’ nazzjonalità Indjana.

Selby żvelat li Chail f’filmat li ġibed tiegħu nnifsu qal: “Jiddispjaċini għal dak li għamilt u għal dak li għad irrid nagħmel … se nipprova noqtol lir-Reġina Eliżabetta; vendetta biex neżonora lil dawk li mietu fil-massakru tal-1919.

Sport