Thursday, December 26, 2024

Jammetti li ta n-nar lil karozza F’Birkirkara

Aqra wkoll

Seyble Grech, ta’ 19-il sena residenti Birżebbuġa ammetta quddiem il-Maġistrat Leonard Caruana li fil-lejl ta’ bejn il-11 u 12 ta’ Diċembru tas-sena l-oħra ta n-nar lil karozza li kienet ipparkjata bil-konsegwenza li n-nirien laqtu karozza oħra.

Il-Pulizija fl-għassa ta’ Birkirikara rċivew rapport li kien hemm karozza Mazda Demio taqbad u meta marru fuq il-post sabu li n-nirien kienu laħqu wkoll karozza Toyota.

Fuq il-post il-pulizija sabu diversi residenti fuq barra filwaqt li l-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili kienu qegħdin jipprovaw jikkontrollaw in-nirien.

Fl-investigazzjoni tagħha l-Pulizija rat diversi kameras tas-sigurtà li hemm fiż-żona u anke tkellmu mas-sid tal-Mazda.

Kien hawn li l-pulizija arrestaw lil Grech u tressaq il-Qorti. Hu ammetta mill-ewwel għall-akkużi miġjubin kontrih.

Il-Qorti qalet li l-ġuvni għandu bżonn l-għajnuna. Il-Qorti ħarġet ordni probation għal 3 snin u ordnalu jagħmel 100 siegħa xogħol fil-komunità.

Il-Maġistrat Caruana ħareġ ukoll ordni ta’ trażżin favur is-sidien tal-karozzi milquta min-nirien.

Ekonomija

Sport