Illum tard waranofsinhar wasal Malta l-vjolinist Olandiż André Rieu biex għada u s-Sibt jagħti kunċert fuq il-Fosos tal-Floriana flimkien mal-Orkestra Johann Strauss.
Imlaqqam “Ir-Re tal-Waltz” Rieu għandu fama mondjali u l-kunċerti tiegħu dejjem jattendu għalihom eluf kbar ta’ persuni. Fil-fatt l-ewwel pjanijiet ta’ Rieu kienu li jagħti kunċert wieħed biss f’pajjiżna, iżda wara domanda qawwija għal biljetti hu stess ħabbar li kien se jerġa’ jagħti kunċert ieħor l-għada.
Intant mal-wasla tiegħu fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta Andrè Rieu qal li hu se jkun qiegħed jagħti kunċerti f’pajjiżna kull sena.
Matul il-karriera tiegħu, Rieu biegħ ‘il fuq minn 40 miljun kopja bil-mużika tiegħu u huwa rinomat għal folol ta’ udjenzi li jattendu għall-kunċerti tiegħu.