Thursday, December 19, 2024

Jiddaħħal l-Isptar wara li baqa’ dieħel bil-vann f’kamra fi Triq Reġjonali

Aqra wkoll

Raġel kellu jiddaħħal l-Isptar Mater Dei wara li baqa’ dieħel bil-vann f’kamra li hemm biswit il-mina ta’ Triq Reġjonali.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1.30pm fi Triq Mikiel Anton Vassalli, direzzjoni lejn Pembroke.

Ir-raġel kien qed isuq vann tal-għamla Isuzu meta għal xi raġuni tilef il-kontroll u baqa’ dieħel fil-kamra.

Fil-post issejħet ambulanza u tim mediku li taw l-ewwel assistenza lir-raġel. Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport