Wednesday, April 24, 2024

Jinġabru €2,600 b’risq Puttinu Cares waqt il-funeral ta’ dan iż-żagħżugħ

Aqra wkoll

Jidher li x-xewqa tal-familjari ta’ Kevin Tabone, iż-żagħżugħ ta’ 25 sena li tilef ħajtu kmieni dan ix-xahar, ġiet rispettata, hekk kif inġabret is-somma ta’ €2,600 b’risq Puttinu Cares. Dan tħabbar ftit tal-ħin ilu minn Puttinu stess fuq il-paġna ta’ Facebook

Appena tħabbru d-dettalji tal-funeral tiegħu, il-familjari esprimew ix-xewqa li minflok fjuri, tingħata donazzjoni lil Puttinu.

Kevin miet fil-5 ta’ Marzu li għadda. Il-funeral tiegħu sar fis-7 tax-xahar fil-Knisja ta’ San Bastjan, Ħal Qormi.

Sport