Mijiet ta’ persuni fosthom kollegi ta’ Joseph Grech dalgħodu tawh l-aħħar tislima wara li fil-25 ta’ Mejju li għadda tilef ħajtu meta nltaqat minn ambulanza ħdejn l-Isptar Mater Dei.

Kollegi ta’ Grech inġabru ħdejn il-kamra mortwarja fejn taw ċapċipa kbira qabel ma beda triqtu lejn il-Knisja ta’ Bormla.
Joseph Grech kien magħruf sew mal-kollegi tiegħu minħabba d-dedikazzjoni li kien juri lejn il-pazjenti u l-qraba. Minbarra hekk hu jibqa’ magħruf ukoll fil-qasam mużikali fejn kien ikanta bħala tenur ma’ diversi korijiet, f’opri u anke waqt diversi attivitajiet kulturali.