Jingħata l-aħħar tislima Norman Hamilton

Aqra wkoll

Bil-knisja ta’ San Publiju fil-Furjana ppakjata bin-nies, ingħata l-aħħar tislima Norman Hamilton li miet nhar il-11 ta’ Awwissu li għadda.

Fost dawk li qegħdin jattendu l-funeral hemm id-Deputat Prim Ministru Ian Borg, l-Ispeaker Carmenu Abela, il-Kap tal-Oppożizzjoni Alex Borg kif ukoll diversi Ministri. Magħhom ingħaqdu wkoll diversi Membru Parlamentari taż-żewġ naħat tal-Kamra tad-Deputati.

Hamilton fl-1961 sar l-ewwel preżentatur tar-radju Malti mal-British Forces Broadcasting Service (BFBS).

Wara perjodu f’Londra, irritorna Malta u fl-1967 ingħaqad mar-Rediffusion, fejn ipproduċa u ppreżenta l-ewwel Breakfast Show dirett. Fl-1973 kien wieħed mill-uċuħ ewlenin tal-bidu ta’ Radju Malta. Aktar tard kellu diversi karigi fit-televiżjoni, fosthom bħala Head of Television Programmes.

Fl-1983 introduċa t-televiżjoni bi programmi matul il-ġurnata u pproduċa u ppreżenta, flimkien ma’ martu Josette, il-programm popolari ta’ seba’ sigħat “Sibtijiet Flimkien”.

Għal bosta snin kien ukoll il-preżentatur tal-programm “Bla Agenda”, li sar wieħed mill-programmi magħrufa tiegħu. Huwa kien involut ukoll fl-industrija tat-turiżmu u l-ivvjaġġar, apparti l-midja.

Fl-2021, huwa ġie onorat b’Midalja għall-Mertu (MOM) għas-servizz u l-kontribut tiegħu. Fl-2006 kien ingħata wkoll Lifetime Achievement Award għall-kontribut tiegħu.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport