Tuesday, December 24, 2024

Jingħata l-ħelsien mill-arrest ir-raġel mixli li pprova joqtol żewġt ibniet fil-Marsa

Aqra wkoll

Nazzareno Dalli ta’ 43 sena, ir-raġel li jinsab mixli li pprova joqtol żewġt ibniet fil-Marsa b’diversi daqqiet ta’ sikkina, ingħata il-ħelsien mill-arrest.

Kienet propju l-Maġistrat Marsanne Farrugia, li laqgħet it-talba tal-ħelsien mill-arrest fuq diversi kundizzjonijiet, fosthom li Dżalli jiddepożita garanzija personali ta’ €20,000 flimkien ma’ depożitu ta’ €10,000.

Dalli ġie ordnat mill-Qorti sabiex dan jiffirma darbtejn fil-ġimgħa fl-għassa ta’ Bormla. Il-Qorti għamlet talba sabiex Nazzareno jibda u jispiċċa programm ta’ rijabilitazzjoni mal-Caritas u sabiex isegwi sezzjonijiet mal-uffiċjal tal-probation.

Il-Prosekuzzjoni f’dan il-każ qed titmexxa mill-Ispetturi Wayne Camilleri u Ian Vella flimkien mal-Avukati Etienne Savona u Manuel Grech għall-Avukat Ġenerali.

Dalli qed jidher assistit mill-Avukati Mario Mifsud, Nicholas Mifsud, Franco Debono, Adreana Zammit, Arthur Azzopardi u Jacob Magri. DŻan filwaqt li għall-vittmi qed tidher l-Avukat Roberta Spiteri.

Ekonomija

Sport