Sunday, November 24, 2024

Jintemm b’suċċess il-Gozo Ceramics Festival fix-Xlendi

Aqra wkoll

Is-Sibt 3 t’Awwissu fil-bajja popolari u pittoreska tax-Xlendi ġie organizzat il-11 l-edizzjoni tal-Gozo Ceramics Festival, festival li issa sar sinonimu f’din il-bajja turistika. Din l-attivita ġiet oreganizzata mid-Direttorat tal-Wirt Kulturali fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex flimkien mal-Kunsill Lokali tal-Munxar. 

F’dan il-festival  ħadu sehem madwar 40 ċeramista kemm lokali kif ukoll internazzjonali, fejn dawn urew il-kapaċitajiet ta’-arti tagħhom lil dawk prezenti. Il-parteċipanti biss esponu x-xogħlijiet artistiċi tagħhom lil pubbliku, iżda wkoll tkellmu magħhom dwar il-ħidma u l-passjoni dwar din l-arti taċ-ċeramica kif wieħed jista jiddisinja u joħloq oġġetti dekorattivi min biċċa tafal.

Matul dan il-festival kien hemm spazju mhux biss għal kbar izda ukoll għaż-żgħar. Dawn tal-aħħar permess ta’ għajnuna mil-parteċipanti setgħu jaħdmu u jesperimentaw l-ideat tagħhom. Fost il-parteċipanti ta’ din is-sena kien hemm ukoll stand organizzat minn persuni b’diżabilita fejn wieħed setgħa jara oġġetti taċ-ċeramika maħduma min persuni b’diżabilta li jatteddu Dar Santa Marta tar-Rabat Għawdex. 

Jikkumplimenta din l-attivata kien hemm ukoll mużika live minn bands lokali, fosthom Seguna Folk Group min Sannat, kif ukoll attrazzjonijiet oħra marbuta ma’ dan il-festival fejn jindikaw li sena wara l-oħra in-numru tal-viżitaturi qed dejjem jikber 

Marbuta ukoll ma dan il-festival hemm ukoll wirja li hija miftuħa għal pubbliku taċ-ċeramika fiċ-Ċentru Kulturali taċ-Ċittadella, fejn 30 esebitur li juzaw it-tafal qed jesprimu l-arti taghhom, Wirja ta’ kreattività li tikludi stili kemm tradizzjonali kif ukoll kontemporanji. Id-diversità fl-istili u t-tekniki turi l-firxa wiesgħa ta ‘possibbiltajiet fi ħdan iċ-ċeramika bħala forma ta’ arti. Il-viżitaturi jistgħu jaraw tekniki innovattivi u jisimgħu l-istejjer profondi wara kull kapolavur. Wirja li ser tibqa miftuħa għad-dilettanti ta’ din l-arti sas-27 ta’ Awwissu. 

Sport