Thursday, December 19, 2024

Jintlemaħ ċpar kbir hekk kif sal-Ħadd it-temperatura mistennija tmiss it-30 grad

Aqra wkoll

Dalgħodu, kienu bosta dawk l-individwi li malli fetħu għajnejhom biex jibdew il-ġurnata tax-xogħol innutaw ċpar kbir malli xirfu wiċċhom mit-tieqa jew mill-bieb ‘il barra.

Il-paġna ‘It-Temp Madwarna’ fuq Facebook xerrdet ritratti taċ-ċpar li kien hemm f’Birżebbuġa. Skont il-bassara tat-temp online, dan iċ-ċpar densli resaq minn fuq il-baħar minħabba arja sħuna li kkondensat fuq baħar rispettivament kiesaħ. Iċ-ċpar intlemaħ ukoll fi nħawi oħra madwar il-pajjiż, fosthom iż-Żejtun.

Fl-aħħar ġimgħat diġà bdew jiżdiedu dawk fuq il-bajjiet u oħrajn li saħansitra niżlu għall-ewwel għawma
Ritratt: Roger Azzopardi

Intant, uffiċċji meterjoloġiċi oħrajn, fosthom dak tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta qegħdin ibassru li s-sħana se taqbad tirranka ġmielha sal-aħħar tal-ġimgħa hekk kif it-temperatura mistennija tmiss it-30 grad sal-Ħadd li ġej.

Ekonomija

Sport