Sunday, April 14, 2024

Jintremew kaxxi tal-ħut fuq ix-xatt ta’ Marsaxlokk

Aqra wkoll

Il-ħaddiema tal-Inadfa pubblika kienu mitlubin biex inaddfu ħafna kaxxi tal-ħut, u li anke fihom kien hemm xi fdalijiet tal-istess ħut fuq ix-xatt ta’ Marsaxlokk.

Mhux magħruf x’wassal biex xi persuni ħallew daqshekk ammont ta’ kaxxi max-xatt hekk kif suppost qabbdu kollettur privat tal-iskart biex jiġbor kollox.

Fuq il-paġna ta’ Facebook tal-Clean Malta, minbarra li tellgħu dawn ir-ritratti, inkiteb li “kull kumment ieħor hu żejjed” b’referenza li l-istess Clean Malta ma jistgħux jifmhu kif spiċċajna f’din is-sitwazzjoni.

Il-kaxxi tnaddfu kollha fi ftit ħin biex b’hekk ix-xatt seta’ jerġa’ jibda jitgawda mill-pubbliku.

Ekonomija

Sport