Friday, November 22, 2024

Jinżammu arrestati ż-żewġ irġiel mixlija bi trafikkar u importazzjoni ta’ 146 kg ta’ droga kokaina

Aqra wkoll

Roderick Camilleri ta’ 44 sena residenti Birżebbuġa u Darren Dimech ta’ 46 sena residenti l-Fgura, inżammu arrestati wara li tressqu l-Qorti mixlija bi traffikar u importazzjoni ta’ 146kilogramma droga kokaina, b’valur fit-triq ta’ madwar €20 miljun.

Fil-Qorti, il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispetturi Mark Mercieca, John Leigh Howard u Francesco Mizzi spjegat li l-Pulizija waslu għall-arrest ta’ Camilleri u DImech wara operazzjoni ġewwa l-Port il-Ħieles. 

Ingħad li wara spezzjoni, li saret fil-kabina, instabu 105 kilogrammi tad-droga moħbijin wara s-seats tax-xufier u l-passiġġier. Aktar tfittxijiet fil-kontejner wasslu għas-sejba ta’ 41 kilogramma oħra ta’ kokaina.

Quddiem il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit, l-imputati wieġbu li mhumiex ħatja tal-akkużi miġjuba kontrihom. Fil-Qorti ma saru ebda talbiet għall-ħelsien mill-arrest. Kien għalhekk li l-Qorti żammet liż-żewġ imputati arrestati. 

Għall-imputati dehru l-Avukati Jason Azzopardi, Kris Busietta, Alessandro Farrugia u l-Avukat George Anton Buttigieg.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport