Luca Piccione, tifel ta’ 11 -il sena li fieq mill-kanċer, iddeċieda li jgħin lil Puttinu Cares. F’ħidma flimkien mal-ġenituri tiegħu, Roberta u Raymond u b’għajnuna mingħand għadd ta’ voluntiera, inkluż ġenitrui li wliedhom qed jieħdu l-kura, ippreparaw mal-4200 ftira.
Dan qalitu Puttinu Cares, fuq il-paġna ta’ Facebook, fejn irrimarkat li l-familja Piccione għalkemm jinsabu għajjenin minħabba li ilhom minn nofsillejl għaddejjin bil-preparazzjoni, dawn huma ferħanin u onorati li qegħdin jgħinu lill-ħaddieħor.
Il-messaġġ intemm, bil-fatt, li Luca, Roberta u Raymond Piccione se jkunu qed jgħinu waqt il-maratona ta’ Puttinu li qed issir nhar il-Ġimgħa l-Kbira.