Sunday, December 22, 2024

Jitpoġġa taħt sentejn probation wara li ħebb għal plejer fil-grawnd tal-futbol ta’ Ħal Qormi 

Aqra wkoll

Mark Colombo ta’ 26 sena minn Ħal Qormi tpoġġa taħt ordni ta’ probation wara li nstab ħati li fl-2018 attakka ħebb għal plejer tal-futbol. 

Il-każ seħħ fid-29 ta’ April 2018, għall-ħabta tal-11:00 a.m fil-grawnd tal-futbol ta’ Ħal Qormi, fejn allegatament Colombo qabeż ċint u ħebb għal plejer, bil-konsegwenza li kkaġunalu ġrieħi gravi.

Il-Qorti mmexxija mill-Maġistrat Yana Micallef Stafrace innutat li dakinhar li Colombo agredixxa lil plejer, kien hemm ġlieda li tinvolvi bosta nies. 

Meta ġiet biex tagħti s-sentenza, il-Qorti kkunsidrat il-fatt li l-akkużat ammetta mill-ewwel l-akkużi miġjuba kontrih u li għandu fedina penali netta.

Kien għalhekk li l-Qorti qalet li ma tara piena ta’ ħabs bħala waħda adegwata. Filwaqt li sabitu ħati tal-akkużi, ħarġet ordni ta’ probation għall-perjodu ta’ sentejn. Colombo ġie mmultat  €60. 

Ekonomija

Sport