Joseph Muscat iwieġeb lill- Kap tal-Oppożizzjoni … fi żminijiet oħra mandanti u eżekuturi ma nġabux għall-ġustizzja

Aqra wkoll

L-eks Prim Ministru Joseph Muscat wieġeb b’mod immedjat għal kritika li saret mill-Kap tal-Oppożizzjoni, Alex Borg. Hu ddikjara li d-deċiżjoni li ħa u l-pass kruċjali li jintalab intervent tal-awtoritajiet Amerikani wasslu biex illum ġew kundannati l-eżekuturi u hemm ġuri dwar mandant. Xejn minn dan kollu ma sar fi traġedji nazzjonali fejn sfaw maqtula persuni innoċenti u l-eżekuturi qatt ma nġiebu għall-ġustizzja”.

Fil-kumment tiegħu hu mal hek: “filwaqt li l-Kap tal-Oppożizzjoni l-ewwel qal li mhux se jikkummenta fuq il-ġuri li għaddej, issa għoġbu jżeffinni fin-nofs. Ngħid biss li sa’ issa kulħadd qabel li l-pass kruċjali f’dan il-każ kienet id-deċiżjoni fi ftit minuti li jintalab l-intervent tal-awtoritajiet Amerikani. Deċiżjoni waħda bla biża u favuri.”

Tenna li “dan wassal fejn ninsabu llum fejn ġew ikkundannati l-eżekuturi u hemm ġuri dwar mandant. Xejn minn dan kollu ma sar fi traġedji nazzjonali fejn sfaw maqtula persuni nnoċenti fi żmien Gvernijiet oħra u fejn il-mandanti u l-eżekuturi qatt ma nġiebu għall-ġustizzja.”

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport