Tuesday, December 24, 2024

Jumejn biss wara l-inċident ta’ Dr Calvagna tiskopri li kien se jkollha tarbija

Aqra wkoll

Kayleigh hija tfajla li ta’ 13-il sena kellha tumur f’saqajha. It-trattament li ħadet kien wieħed aggressiv u kellha probabbilità kbira li ma jkunx jista’ jkollha tfal. 

Illum Kayleigh ghandha 24 sena u jumejn biss wara li Dr. Victor Calvagna kellu l-inċident, skopriet li kienet qed tistenna tarbija. Għalkemm kienet ferħana se ttir, kellha niket ghal Dr. Calvagna u ghal fatt li qatt ma kellha l-opportunità taqsam miegħu din l-aħbar. Luka għandu  xahar u illum żaru lil Puttinu Cares. 

Puttinu Cares, f’kitba fuq il-paġna tagħhom ta’ Facebook qalu li jinsabu verament ferħanin għaliex wara daqstant tbatija jistgħu jarawha tifraħ b’tarbija mill-isbaħ.

Kayleigh u l-familja tagħha rringrazzjaw minn qalbhom dak li għamel magħhom Dr. Calvagna u l-istaff kollu. Grati ħafna għal Puttinu Cares u l-familja tagħha hija voluntiera attiva fl-attivitajiet ta’ Puttinu.

Ekonomija

Sport