L‑Arċisqof Charles Scicluna qed jafda l‑ħidma pastorali tal‑Parroċċa ta’ Santa Marija fl‑Imqabba f’idejn Dun Martin Borg bħala l‑kappillan ta’ din il‑komunità. Mons. Arċisqof jirringrazzja lil Dun Blake Camillerital‑ħidma tiegħu bħala kappillan f’din il‑parroċċa. Dun Blake se jieqaf biex ikompli l‑istudji tiegħu.
Dun Martin Borg twieled fis‑6 ta’ Novembru 1957. Beda l‑mixja għas‑saċerdozju fl‑Ordni tal‑Patrijiet Karmelitani Skalzi. Studja l‑filosofija u t‑teoloġija fl‑INSERM u ggradwa fit‑Teoloġija Pastorali mill‑Università ta’ Malta. Hu ġie ordnat saċerdot fl‑10 ta’ Lulju 1987.
Fil‑preżent, Dun Martin iwettaq ħidma pastorali fil‑Parroċċa ta’ Bormla kif ukoll jagħti servizz fil‑Katidral ta’ San Pawl fl‑Imdina. Huwa wkoll kappillan u konfessur tas‑Sorijiet Tereżjani tal‑Klawsura ta’ Bormla, kif ukoll konfessur straordinarju tas‑Sorijiet Tereżjani tal‑Klawsura f’Tal‑Virtù, ir‑Rabat.


