Sunday, June 7, 2026

L-MHRA tikkundanna l-imġieba ta’ turisti indiċenti f’San Ġiljan

Aqra wkoll

L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Lukandi u r-Ristoranti (MHRA) tikkundanna l-inċident li jinvolvi grupp ta’ turisti li allegatament ġew iffilmjati mingħajr ħwejjeġ fi triq pubblika f’San Ġiljan.

L-MHRA temmen li għandu jkun hemm tolleranza żero lejn imġiba antisoċjali, inkluż l-abbuż tal-alkoħol u d-drogi, storbju eċċessiv, serq, irqad barra, imġieba indiċenti u mixi fit-toroq jew f’żoni pubbliċi b’ilbies mhux xieraq jew għarwenin. 

Fi stqarrija, l-MHRA qalet; “imġieba bħal din iddgħajjef ix-xogħol li qed isir mill-Awtorità Maltija tat-Turiżmu u l-investimenti sinifikanti li qed isiru mill-membri tal-MHRA u l-industrija usa’ biex jattiraw turiżmu ta’ kwalità ogħla”.

L-Assoċjazzjoni temmen li l-każ irrappurtat għandu jiġi indirizzat b’urġenza u li għandhom jiġu kkunsidrati l-miżuri massimi disponibbli fil-liġi biex jibagħtu messaġġ ċar li mġieba bħal din mhux se tiġi tollerata.

L-MHRA tfaħħar lill-Korp tal-Pulizija ta’ Malta u lill-awtoritajiet kollha tal-infurzar għax-xogħol kontinwu tagħhom fis-salvagwardja tar-residenti u l-viżitaturi. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport