Friday, May 9, 2025

Kien żball ta’ pilota li wassal għal nirien f’ajruplan tal-British Airways is-sena l-oħra

Aqra wkoll

Rapport minn investigazzjoni li saret fuq inċident li fih qabad nar f’ajruplan tal-British Airways ħabbar li kien żball min-naħa tal-pilota għax ħawwad ix-xellug mal-lemin.

L-ajruplan “Boeing 777” kien se jitlaq mill-ajruport ta’ Gatwick meta l-pilota, mhux il-kaptan imma dak li jassistih, għamel manuvra lejn ix-xellug flok fuq il-lemin. Dan wassal biex il-brejkijiet tal-ajruplan qabdu n-nar b’konsegwenza li l-istess pilota kellu jagħmel waqfa b’veloċità kbira fuq ir-runway.

Dan l-iżball uman, li seħħ fit-28 ta’ Ġunju tas-sena l-oħra, ġiegħel lill-awtoritajiet biex temporanjament jagħlqu l-ajruport. Hawn kienu tħassru, ġew posposti u devjati għadd ta’ titjiriet.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport