Wednesday, December 25, 2024

L-aħwa Degiorgio jixhdu fil-kawża ta’ libell li l-eks Ministru Abela fetaħ kontra Azzopardi

Aqra wkoll

L-aħwa Degiorgio li bħalissa qegħdin jiskontaw sentenza ta’ 40 sena ħabs wara li ammettaw l-involviment tagħhom fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, dalgħodu xehdu fil-kawża ta’ libell li l-eks Ministru Carmelo Abela fetaħ kontrihom.

Fix-xhieda tagħhom l-aħwa Degiorgio qalu li l-eks Ministri Carmelo Abela u Chris Cadona kienu nvoluti fis-serqa ppjanata tal-HSBC.

Meta Alfred Degiorgio kien mistoqsi mill-Avukat Pawlu Lia li qiegħed jidher għal Abela dwar ir-raġuni li għaliha saret din id-dikjarazzjoni, hu wieġed li din saret ftit tax-xhur ilu b’rabta mat-talba tiegħu biex jingħata proklama. Ix-xhur qal li “għax xejn mhu ħa nagħmel xejn.”

Min-naħa tiegħu George Degiorgio li wkoll xehed f’dawn il-proċeduri qal li d-dikjarazzjoni li saret li żewġ ministri kienu nvoluti fis-serqa saret kemm-il darba anke meta tkellmu mal-Ispettur Mercieca fid-Depot.

Xehed li meta kien tkellem mal-Ispettur kien semma’ kemm lil Abela u lil Cardona kif ukoll nies oħrajn li mhumiex imsemmija fid-dikjarazzjoni esebita li tressqet il-Qorti..

Min-naħa tiegħu l-Avukat Pawlu Lia staqsa lil Alfred ir-raġuni għaliex ma jridx isemmi aktar nies. Kien hawn li x-xhud wieġeb li meta jasal il-mument opportun se jkun qed jiżvela kollox inkluż is-serqa ta’ Ħal Balzan.

Il-kawża tkompli tinstema’ fit-8 ta’ April.

Ekonomija

Sport