Monday, December 2, 2024

L-Awstralja b’liġi li tipprojbixxi l-użu ta’ pjattaformi soċjali minn dawk taħt is-16-il sena

Aqra wkoll

Il-projbizzjoni tal-midja soċjali għal tfal taħt is-16-il sena għaddiet mill-Parlament Awstraljan b’liġi li hija l-ewwel waħda tax-xorti tagħha fid-dinja.

Din il-liġi, li mhux se tidħol fis-seħħ qabel 12-il xahar ieħor, tista’ twassal għal multi sa $50 miljun għal dawk il-kumpaniji tat-teknoloġija li ma jkunux konformi ma’ dawn ir-regoli.

Il-Prim Ministru Awstraljan Anthony Albanese saħaq li din il-liġi kienet meħtieġa biex iż-żgħażagħ ikunu protetti mill-“ħsara” li jista’ jkun hemm fuq il-midja soċjali, xi ħaġa li bosta gruppi ta’ ġenituri kienu enfasizzaw dwarha mal-awtoritajiet. 

Madankollu l-kritiċi saħqu li għad hemm mistoqsijiet kbar dwar kif se taħdem din il-projbizzjoni u l-impatt tagħha fuq il-privatezza u l-konnessjoni soċjali.

Il-leġiżlazzjoni l-ġdida ma tispeċifikax liema pjattaformi se jkunu qed jiġu pprojbiti. Deċiżjonijiet f’dan ir-rigward se jkunu mħabbra fiż-żmien li ġej mill-Ministru tal-Komunikazzjoni tal-Awstralja, li se titlob ukoll parir mill-Kummissarju tas-Sigurtà Elettronika – ir-regolatur tal-internet li se jinforza r-regoli.

Madankollu, il-Ministru Michelle Rowland qalet li l-projbizzjoni se tinkludi Snapchat, TikTok, Facebook, Instagram u X. Il-pjattaformi tal-gaming u dawk tal-messaġġi huma eżenti, l-istess bħal siti oħra li jistgħu jiġu aċċessati mingħajr account, bħal YouTube.  

Il-Gvern Awstraljan se jipprova wkoll xi forma ta’ teknoloġija ta’ verifika tal-età qabel jimplimenta r-restrizzjonijiet.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport