L-Embassy Valletta Hotel, l-Embassy Cinemas flimkien mal-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta organizzaw inizjattiva speċjali għall-Milied biex jgħinu lil dawk li jinsabu fis-solitudni kif ukoll lill-familji u t-tfal fil-bżonn fil-komunità.
Din l-inizjattiva hija immirata għal dawk il-familji, tfal u anzjani waħedhom, li ma jkollhomx l-opportunità li jgawdu l-ikla tal-Milied flimkien. Proġetti bħal dawn huma eżempju ċar tal-valuri ta’ għaqda u solidarjetà li jsaħħu l-komunità tagħna.
Is-Sindku Olaf McKay qal, “Il-Milied huwa żmien fejn niftakru f’dawk l-aktar vulnerabbli. Grazzi lill-Embassy Valletta Hotel u l-Embassy Cinemas għall-kollaborazzjoni siewja tagħhom u lill-voluntiera kollha li qed jgħinu jagħmlu din l-inizjattiva realtà. Din hija s-solidarjetà, fejn flimkien qed nagħmlu l-Milied wieħed speċjali għal kulħadd.”
Hubert Debono, General Manager tal-Embassy Valletta Hotel Ltd., żied jgħid: “Aħna nemmnu bis-sħiħ fl-importanza li nkunu ta’ appoġġ għal dawk li għandhom bżonn, speċjalment fi żmien il-Milied. Din l-inizjattiva mhux biss toffri għajnuna prattika iżda wkoll tagħti ċ-ċans lil dawn il-familji biex igawdu ħin prezzjuż flimkien.”
Il-Kunsill Lokali jixtieq ukoll jirringrazzja lill-The Model Shop għall-vouchers ġenerużi li ngħataw biex iferrħu lit-tfal tagħna, biex il-Milied ikun tassew wieħed ta’ ferħ u solidarjetà għal kulħadd