Monday, April 29, 2024

L-impjiegi full-time jiżdiedu b’7.7%

Aqra wkoll

Ċifri li ġew ippubblikati mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) juru li l-impjiegi full time żdiedu b’7.7%.

Ir-rapport jgħid li f’Novembru tal-2023 in-numru ta’ persuni li kienu rreġistrati li jaħdmu full time kien ta’ 282,646 u dan ifisser żieda ta’ 7.7% meta mqabbel mal-istess xahar tas-sena ta’ qabel.

Min-naħa l-oħra fl-istess xahar kien hemm 33,959 li qalu li x-xogħol primarju tagħhom kien dak part time. Dan ifisser żieda ta’ 4% meta mqabbel ma’ Novembru tal-2022.

In-numru taʼ persuni li jaħdmu full-time fis-settur privat żdied bʼ9.3% fi żmien 12-il xahar biex laħaq il-230,847. Min-naħa l-oħra kien hemm 51,799 persuna li qalu li jaħdmu full time mas-settur pubbliku li jfisser żieda ta’ 0.8% meta mqabbel ma’ Novembru tal-2022.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport