L-Imqabba qamet maħsuda hekk kif ġriet l-aħbar li Jimmy Tanti, anzjan ta’ 73 sena u residenti l-Imqabba, ħalla din id-dinja.
Fost dawk li sellmu l-memorja tiegħu kien hemm id-Deputat Parlamentari Laburista, Omar Farrugia, Imqabbi bħalu: “Seħibna Jimmy Tanti, strieħ fis-Sliem … l-Imqabba maħsuda għat-telfa tiegħek. Inċident li sewa l-ħajja ta’ bniedem umli, ċajtier u b’passjoni kbira lejn l-isports tal-muturi”.