Friday, January 17, 2025

L-inflazzjoni reġgħet naqset f’Diċembru 2024

Aqra wkoll

Ir-rata annwali tal-inflazzjoni għax-xahar ta’ Diċembru 2024 kif imkejla mill-Indiċi Armonizzat tal-Prezzijiet għall-Konsumatur (HICP) kienet taʼ 1.8 fil-mija, li tfisser li l-inflazzjoni naqset b’2.1 fil-mija fuq dik rreġistrata x-xahar taʼ qabel.

Fl-istess xahar, l-ogħla rati annwali taʼ inflazzjoni kienu reġistrati fl-Edukazzjoni u u fil-Prodotti u servizzi mixxellanji. Min-naħa l-oħra, il-Komunikazzjoniu l-Għamara, it-tagħmir tad-dar u l-manutenzjoni kontinwa tad-dar rreġistraw l-aktar rati baxxi tal-inflazzjoni annwali.

FʼDiċembru 2024, l-akbar kontribuzzjoni pożittiva għall-inflazzjoni annwali ġiet mill-Indiċi tat-Trasport (+0.46 punti perċentwali), l-aktar minħabba prezzijiet ogħla tas-servizzi tat-trasport bl-ajru.

It-tieni u t-tielet l-akbar kontribuzzjonijiet għall-inflazzjoni annwali kienu nnotati fl-Indiċi tar-Ristoranti u l-lukandi (+0.44 punti perċentwali) u fl-Indiċi tal-Ikel u x-xorb mhux alkoħoliku (+0.37 punti perċentwali), l-aktar minħabba prezzijiet ogħla tas-servizzi tar-ristoranti u prodotti tal-ħelu, rispettivament.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport