Il-Professur Carmel Borg
Id-diskussjoni dwar l-Intelliġenza Artifiċjali ħafna drabi tibda mill-istessmistoqsija: kif se nużawha? Fl-iskejjel u fl-universitajiet nitkellmu dwar kif l-istudenti għandhom jużawha b’mod responsabbli, kif l-għalliema jistgħujintegrawha fit-tagħlim, u kif għandna nippreparaw liż-żgħażagħ għal dinja tax-xogħol dejjem aktar influwenzata mit-teknoloġija. Dawn huma mistoqsijietimportanti. Iżda mhumiex biżżejjed. Irridu nistaqsu kif l-Intelliġenza Artifiċjaliqiegħda tintuża fuqna.
Hawnhekk il-ħsieb li joħroġ mill-Pedagoġija Kritika għandu ħafna x’jgħidilna. Jien li nħaddan dan l-orjentament pedagoġiku ninsisti li l-edukazzjonim’għandhiex sempliċement tgħallimna naqraw il-kelma, iżda wkoll naqraw id-dinja. Illum irridu nitgħallmu naqraw ukoll id-dinja diġitali li qiegħda tinbenamadwarna.
Dan ifisser li l-litteriżmu fl-Intelliġenza Artifiċjali ma jistax jieqaf mal-ħila li niktbu prompt tajjeb, nivverifikaw tweġiba jew nużaw ChatGPT (eżempjuwieħed) biex niffrankaw il-ħin. Irridu nistaqsu wkoll: Min ħoloq dawn is-sistemi? Min għandu kontroll fuqhom? Min qed jagħmel il-profitt? Minn fejnġejja l-informazzjoni li fuqha ġew imħarrġa? Liema lingwi, kulturi u forom ta’ għarfien huma rappreżentati, u liema jibqgħu fil-marġni? Min jibbenefika u min iġorr l-ispejjeż?
L-Intelliġenza Artifiċjali mhijiex teknoloġija li niżlet mis-sema. Hija prodott ta’ strutturi ekonomiċi, politiċi u kulturali. Warajha hemm konċentrazzjonijietenormi ta’ kapital, informazzjoni, infrastruttura u poter teknoloġiku. Għalhekk, meta tidħol fl-iskola jew fl-università, magħha ġġib ukoll ideat dwar x’inhu l-għarfien, x’inhi l-effiċjenza, x’inhi l-produttività u, saħansitra, x’jiswa l-bniedem.
Waħda mill-akbar perikli fl-edukazzjoni mhijiex li l-Intelliġenza Artifiċjali ssiraktar intelliġenti minna. Hija li aħna nibdew nużaw inqas l-intelliġenza tagħna.
Jekk magna tikteb għalina, tiġbor fil-qosor għalina, tinterpreta għalina, tissuġġerixxi għalina u eventwalment tiddeċiedi għalina, x’jiġri mill-ħila tagħnali naħsbu, niġġudikaw, niddubitaw u noħolqu? Għalhekk, il-problema mhijiexbiss l-ikkuppjar. Hija ħafna aktar profonda: it-telf gradwali tal-aġenzijaintellettwali.
It-tagħlim veru mhux dejjem komdu jew effiċjenti. Kultant nitgħallmu għax ma nifhmux, nitħabtu ma’ idea, niżbaljaw, nerġgħu nippruvaw, nibdlu fehmietna u naslu għal interpretazzjoni tagħna. Jekk l-Intelliġenza Artifiċjali telimina kulldiffikultà qabel ma jkollna ċ-ċans niffaċċjawha, nistgħu nagħmlu l-edukazzjoniaktar effiċjenti filwaqt li nagħmlu t-tagħlim inqas trasformattiv.
Hawnhekk insibu paralleliżmu interessanti mal-kritika ta’ missier il-PedagoġijaKritika (Paulo Freire), tal-“banking education”. F’dak il-mudell, l-għalliemgħandu l-għarfien u l-istudent jirċevih passivament. Illum hemm ir-riskju li noħolqu verżjoni teknoloġikament sofistikata tal-istess ħaġa: il-magna tiġġenera, l-istudent jirċievi; il-magna tispjega, l-istudent jaċċetta; il-magna tikteb, l-istudent jissottometti.
Għalhekk għandna bżonn aktar minn litteriżmu dwar l-Intelliġenza Artifiċjali.Għandna bżonn dak li, b’lingwa Freirejana, nistgħu nsejħulu kuxjenza kritikadwar l-Intelliġenza Artifiċjali. Mhux biss nifhmu x’tista’ tagħmel it-teknoloġija, iżda nifhmu wkoll is-sistemi ta’ poter li fihom topera, u nagħrfu li dawn is-sistemi mhumiex inevitabbli. Nistgħu niddiskutuhom, nisfidawhom u nipparteċipaw fil-ħolqien ta’ alternattivi.
Dan huwa partikolarment importanti għaliex il-poter teknoloġiku mhux dejjemjimponi ruħu fuqna bil-forza. Ħafna drabi jidħol f’ħajjitna permezz tal-konvenjenza. Inħallu l-algoritmi jagħżlu għalina għax aktar faċli. Nagħtu d-data tagħna biex is-servizz ikun aktar personalizzat. Inħallu l-magna tikteb għax il-kitba titlob sforz. Bil-mod il-mod, dak li beda bħala għajnuna jista’ jsirdipendenza.
Hawnhekk l-edukazzjoni għandha responsabbiltà enormi. L-iskejjel u l-universitajiet għandhom jgħallmu liż-żgħażagħ jużaw l-Intelliġenza Artifiċjali, iżda għandhom ukoll jipproteġu d-dritt tagħhom li jaħsbu. Għandhom joħolquspazji fejn l-istudent jaħseb qabel jitlob lill-magna taħseb għalih; jikteb qabeljitlobha tikteb għalih; jiddubita; jiddiskuti; jiżbalja; jerġa’ jipprova; u jkollu l-kuraġġ intellettwali jgħid lill-magna: le, ma naqbilx miegħek.
Il-mistoqsija fundamentali, għalhekk, mhijiex jekk aħniex favur jew kontra l-Intelliġenza Artifiċjali. Dik hija għażla falza. Il-mistoqsija hija waħda ta’ umanizzazzjoni. It-teknoloġija qiegħda twessa’ l-aġenzija umana jew tnaqqasha? Qiegħda ssaħħaħ id-djalogu jew tieħu postu? Qiegħdatiddemokratizza l-għarfien jew tikkonċentra aktar poter f’idejn il-ftit? U, fuqkollox, aħna qegħdin insawru t-teknoloġija skont l-għanijiet umani tagħna, jew qegħdin bil-mod il-mod insawru mill-ġdid lill-bniedem skont l-esiġenzi tat-teknoloġija?
F’dinja mimlija magni li jistgħu jagħtuna tweġibiet, l-edukazzjoni trid tibqa’ l-ispazju fejn nitgħallmu nistaqsu. U mhux kwalunkwe mistoqsijiet, iżda dawk li jgħinuna naħsbu, niġġudikaw, niddjalogaw, nimmaġinaw, nirreżistu u, fuqkollox, nittrasformaw id-dinja li qed noħolqu flimkien.
Il-Professur Carmel Borg huwa akkademiku ewlieni fil-qasam edukattiv.
