Monday, November 11, 2024

L-ispiża fuq il-pensjonijiet se taqbeż il-€1 biljun

Sa sentejn oħra l-għadd ta’ pensjonanti jilħaq il-100,000

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

In-nefqa tal-Gvern fuq il-pensjonijiet din is-sena se tkun qabżet il-€1 biljun. Dan filwaqt li qed ikun stmat illi sa sentejn oħra l-għadd ta’ pensjonanti se jikber u se jammonta għal 100,000.

Dan stqarru l-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal Michael Falzon waqt id-diskussjoni parlamentari b’rabta mal-Abbozz ta’ Liġi li jimplimenta l-Miżuri tal-Estimi.

Il-Ministru Falzon beda biex qal li għal din is-sena, il-Ministeru għandu allokat madwar €2 biljun, nefqa kbira li tqarreb it-terz tal-ispiża kollha tal-Gvern. Huwa kompla jgħid li kulħadd għandu dritt li jkollu livell ta’ għajxien diċenti, bl-akbar mira li jrid ikollna hi dik li nipprovdu lil kulħadd b’opportunità li jilħaq il-potenzjal tiegħu.

Il-Ministru Falzon irrefera wkoll għar-rata tat-twelid f’Malta u qal li din hija fost l-akbar baxxa fl-Ewropa. Saħaq li din l-isfida demografika rridu nħarsu lejha bis-serjetà u dan anke fl-isfond li sa sena wieħed minn kull ħamsa tal-popolazzjoni se jkun pensjonant/a.

Tenna wkoll li l-pensjonanti ħadu żidiet għal sena wara l-oħra għal dawn l-aħħar seba’ snin, inkluż żieda addizzjonali għall-għoli tal-ħajja. Temm jgħid li filwaqt li rridu nibqgħu saqajna mal-art, irridu nibqgħu nagħtu l-importanza li jixaqlu l-qasam soċjali f’pajjiżna.

Sport