Minn Cristian Muscat
Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn l-isport?
L-isport mindu kont tifel kont inħobbu u nippratikah. Bdejt mill-futbol u maż-żmien ippratikajt u pruvajt diversi dixxiplini sportivi oħra bħal MMA (Mixed Martial Arts), ċikliżmu, għawm, ġiri u OCR (Obstacle Course Race) u dan l-aħħar HYROX . Mat-tul taż-żmien iktar bdejt niffoka fuq il-ġiri bħala taħriġ, kompetizzjonijiet u ħin fejn taqta’ ħin għalik biex tirrilassa apparti li wara tħossok aħjar u tidher iktar b’saħħtek.
Iddeskrivi l-esperjenza tiegħek fl-atletika fosthom fl-Ispatan Races.
Il-ftit mill-esperjenzi li kelli fl-iSpartan Races kienu dawn:
- Tal-Polonja f’Krynica fis-sena 2019 li kont ħadt sehem Super li tkun ġeneralment iktar minn 10km u jkun hemm 25 ostaklu, u Sprint li tkun iktar minn 5km u jkun hemm 22 ostaklu
- Spartan ta’ Parigi li kienet Spartan Stadium fis-sena 2022, li kienet iktar min 5km
- Spartan Malta fis-sena 2024, li ħadt sehem f’Super.
L-esperjenza tagħhom kienet sabiħa li trid tesperjenza speċjalment il-livell ta’ organizzazzjoni,u ċerta serjetá. Tara atleti ta’ livell professjonali u meta tieħu sehem barra minn xtutna, anke tisperjenza terren ta’ muntanji, ta’ temp eċċ.
L-istess fil-ġiri (nofs maratoni) li kont ħadt sehem ta’ Valencia fi Spanja fis-sena 2019, ta’ Pisa l-Italja fis- sena 2021 u Amsterdam fl-Olanda fis-sena 2022. Huma esperjenzi li ma tinsihom qatt matul ħajtek.
X’tikkummenta fuq l-aħħar esperjenza tiegħek waqt l-Ispartan Race f’pajjiżna?
L-aħħar esperjenza ta’ Spartan li kienet ta’ Malta, kient pjuttost pożittiva, għax dan l-aħħar ma kontx qed nippratikah biżżejjed bħal qabel u ħafna mill-ostakli rnexxieli nagħmilhom xorta, għax iktar qed nagħfas fuq sport ieħor u prijoritajiet oħra u għalhekk ikollok nuqqas ta’ ħin.
Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek f’dan l-isport?
Iktar qed nara il-futur tiegħi fi sport ieħor fl-atletika u fil-Hyrox milli fl-Obstacle Races u li navvanza iktar ‘il quddiem fid-dixxiplina tal-ġiri u anke fid-dinja tal-isport u dejjem inħares ‘il quddiem li nkompli nitjieb kif ukoll dejjem intejjeb il-ħinijiet tiegħi.
Għaddi messaġġ finali lil min jixtieq jagħmel karriera ta’ suċċess fl-isport.
Messaġġ li nagħti fi kwalunkwe dixiplina ta’ sport huwa li dan jgħinek ħafna f’ħajtek apparti li tidher aħjar meta tħares quddiem il-mera, jgħinek ukoll fil-ħajja ġenerali bħala motivazjoni u l-ħeġġa fix-xogħol, issir taf ħafna nies f’kull livell tas-soċjetà, kif ukoll tagħmel ħbieb ġodda, apparti li tħossok aħjar u pożittiv fil- ħajja u jgħinek ukoll meta tkun għaddej minn xi mumenti koroh fil-ħajja biex tririlassa u tqatta’ dak il-ħin ma taħseb xejn!
Imma għandek ukoll is-sagrifficji tiegħu biex dejjem tkun aħjar, trid iddaħħal iktar ħin min jagħmlu speċjalment biex iżomm ruħu attiv, finanzjarjament speċjalment fejn jidħlu supplimenti, ikel, żraben, gyms u kowċis u dieta, li skont l-isport li tagħmel għandek bżonn dieta partikolari.