Saturday, December 28, 2024

L-Isptar Monte Carmeli mistenni jinbidel “fit-tieni San Vinċenz”

Aqra wkoll

Il-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela ħabbar li l-pjan tal-Gvern huwa li jibdel l-Isptar Monte Carmeli f’dar tal-anzjani. “L-Isptar Monte Carmeli kulħadd jaf nagħlquh. Hemm qed naħsbu li jkun hemm it-tieni San Vinċenz de Paul,” qal il-Ministru Abela f’dibattitu li kellu lbieraħ mad-Deputat Nazzjonalista Adrian Delia fuq l-istazzjon F Living.

Dwar il-ħin ta’ stennija, il-Ministru Abela qal li din is-sitwazzjoni ssibha f’kull Sptar ta’ kull pajjiż. Spjega kif normalemnt persuna tiġi l-Emerġenza għax tħossha ma tiflaħx u kien hawn fejn elenka li f’Mater Dei, li jlaħħaq mal-1300 sodda, l-infermiera u t-tobba jaraw madwar 200 pazjent kuljum.

Kompla jispjega li bħalissa f’pajjiżna għandna tliet polyclinics li qed joperaw 24 siegħa kuljum. Tenna li dawn ovvjament mhux se jintmessu anzi se tkompli ssir ħidma sabiex jissaħħu.

Ekonomija

Sport