Sunday, June 7, 2026

L-Ukrajna b’attakk fuq San Pietruburgu

Aqra wkoll

Ir-Russja qalet li l-Ukrajna wettqet attakk bla preċedent fuq u madwar San Pietruburgu, fl-istess waqt li din il-belt kienet qiegħda tospita l-aħħar jum ta’ forum ekonomiku.

“Aktar minn 140 drone twaqqgħu fuq ir-reġjun ta’ madwar Leningrad,” qal il-Gvernatur Aleksandr Drozdenko. Intant, il-gvernatur tal-belt ta’ San Pietruburgu Alexander Beglov filwaqt li ħeġġeġ lir-residenti sabiex jibqgħu ġewwa djarhom għall-ewwel darba minn mindu bdiet il-gwerra bejn ir-Russja u l-Ukrajna fl-2022.

Il-President Ukren Volodymyr Zelensky qal li l-forzi tiegħu laqtu l-imħażen tal-armi u bażi navali tar-Russja, u sejjaħ dan bħala “rispons ġust” għall-attakki Russi.

Dan l-attakk seħħ jum wara li l-President Russu Vladimir Putin qal li ma kien hemm l-ebda skop li jiltaqa’ ma’ Zelensky, li kien talab taħditiet diretti biex tintemm il-gwerra.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport