Sunday, June 7, 2026

Sentenza sospiża għal mara li għamlet użu minn passaport falz biex tidħol Malta 

Aqra wkoll

Mara ta’ 38 sena tressqet il-Qorti mixlija li allegataament użat passaport falz biex tidħol Malta. Fil-Qorti, il-Prosekuzzjoni spejgat li l-mara waslet Malta minn Istanbul fl-4 ta’ Ġunju u twaqqfet mill-awtoritajiet tal-immigrazzjoni wara li ppreżentat dokument falz tal-ivvjaġġar. 

Waqt l-investigazzjonijiet tal-pulizija, hija ammettiet li kienet xtrat passaport falz għal €7,000. Spjegat li irrikorriet b’passaport falz għax kienet qed tfittex kenn fl-Ewropa minħabba s-sitwazzjoni f’pajjiżha.

Hija kienet mixlija li kellha fil-pussess tagħha u użat passaport falz, li għamlet użu minn dokument falz u li kellha dokument iffalsifikat fil-pussess tagħha mingħajr awtorità legali.

Fil-Qorti, il-mara wieġbet li hija ħatja għall-akkużi kollha miġjuba kontriha. Wara li qieset l-ammissjoni tagħha u ċ-ċirkostanzi tal-każ, il-Qorti kkundannatha għal disa’ xhur priġunerija, sospiżi għal sentejn. 

Il-Qorti ordnatilha wkoll tħallas kwalunkwe spejjeż marbuta mal-proċeduri.

L-avukat tal-għajnuna legali Rachel Tua dehret għall-mara, filwaqt li l-

Ispettur Christian Abela mexxa l-prosekuzzjoni. Il-Maġistrat Nadia Helena Vella ppresediet is-seduta.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport