Saturday, December 21, 2024

Lawrence Piscopo ir-raġel li miet wara li ħa xokk iddiskrevut minn bosta bħala persuna ta’ qalb tajba

Aqra wkoll

Lawrence Piscopo ġie identifikat bħala r-raġel li miet b’xokk dalgħodu fl-Imsida. Intant bost huma dawk li jinsabu xxukjati bil-mewta għallarieda tiegħu.

F’messaġġ fuq Facebook, Piscopo kien iddisrevut bħala bniedem ta’ qalb tajba, ragħaj, umli u maħbub minn bosta. Intant f’messaġġ partikolari ingħad; “Lawrence kellek tħallina imma ħalleјt impatt kbir f’ ħaјtek! J’ Alla Trinità Qaddisa ma ddumx ma daħlek fis-saltna tagħha! Strieħ fis-sliem ħabib!”.

1:23 p.m- Raġel imut wara li ħa xokk waqt li kien qed jaħsel xi vetturi fil-garaxx tiegħu fl-Imsida

Raġel ta’ 57 sena residenti l-Ħamrun tilef ħajtu. Dan wara li aktar kmieni għall-ħabta tal-5:00 a.m, intalbet l-assistenza tal-Pulizija f’komun ta’ garaxxijiet fi Triq Anton Inglott, fl-Imsida.

Fuq il-post il-Pulizija sabet tim mediku jassisti lill-vittma, iżda sfortunatament huwa kien iċċertifikat mejjet.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li r-raġel, ta’ 57 sena residenti l-Ħamrun kien qed jaħsel xi vetturi fil-garaxx tiegħu meta x’aktarx ħa xokk.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin sabiex tiġi stabbilita d-dinamika talinċident.

Ekonomija

Sport