Thursday, April 18, 2024

“Li wieħed joħlom biss u jgħid li t-terapija tal-konverżjoni taħdem hi biss ħrafa”

- Katya De Giovanni

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Tkellmet ukoll id-Deputat Laburista Katya De Giovanni li qalet li int min int, ġej minn fejn ġej, Gvern Laburista tak id-dritt li tħobb u tinħabb bil-mod li tħoss u li tixtieq.

Qalet li ma jistax ikun hemm ebda forma ta’ terapija li tirranġa l-orjentazzjoni sesswali ta’ dak li tkun. “M’għandux ikun hemm ebda forma ta’ indħil minn ebda gvern f’dan ir-rigward. Bl-istess raġunar ma jista’ jkun hemm l-ebda forma ta’ terapija li tirraġa l-orjentazzjoni sesswali ta’ dak li jkun. “B’liema dritt għandu jkun hemm xi persuna jew grupp ta’ nies li jiddeċiedu u jiddettaw x’għandha tkun in-normalità?

Għaldaqstant ma jista’ qatt ikun hemm ebda forma ta’ terapija li tibdel l-orjentazzjoni sesswali tal-persuni. Li wieħed joħlom biss u jgħid li l-conversion therapy taħdem hija biss ħrafa.” “Terapija f’dan ir-rigward m’għandhiex tkun forma ta’ aljenazzjoni mir-realtà iżda traġitt sabiex tgħin lill-persuna tesplora l-identità sesswali tagħha biex fl-aħħar mill-aħħar wieħed jgħix ħajja sana u komda f’dan is-sens,” qalet De Giovanni.

Hija qalet li se nkomplu nsaħħu din il-liġi biex inkunu ċerti li ħadd ma jaqa’ xi nassa li jagħmlilha jew jagħmillu xi ħsara. Hawn irrimarkat li se ssir illegali li tirriklama terapija tal-konverżjoni u saħqet li “bħala Gvern aħna kommessi dejjem li nkunu inklussivi, ma neskludu lil ħadd u dejjem niċċelebraw id-diversità.” “Li nagħtu opportunità lil dawk kollha li jixtiequ jsiru ġenituri u li għandhom il-ħiliet biex jagħmlu dan minkejja l-orjentazzjoni sesswali m’għandhiex x’taqsam mal-ħiliet kif wieħed irabbi l-ulied.

“Fl-aħħar mill-aħħar, il-messaġġ huwa aktar minn ċar. It-terapija tal-konverżjoni mhix soluzzjoni u kommessi li kemm jista’ jkun neradikaw u niskoraġġixxu kull forma ta’ prattika li tagħmel kwalunkwe tip ta’ ħsara,” temme tgħid De Giovanni.

Ekonomija

Sport