Saturday, December 21, 2024

Libjan ikkundannat għaxar snin ħabs wara li stupra żagħżugħa f’lukanda

Aqra wkoll

Libjan ta’ 30 sena residenti l-Gżira ġie kkundannat għaxar snin ħabs wara li l-Qorti sabitu ħati li stupra żagħżugħa ta’ 19-il sena, li żammha kontra r-rieda tagħha u li kkaġunalha ġrieħi ta’ natura ħfief.

Fil-Qorti, il-Prosekuzzzjoni spjegat li l-każ seħħ fl-2019 f’lukanda f’San Ġiljan, meta l-akkużat Abdulaziz Zamzam u l-vittma li isimha ma jistax jixxandar fuq ordni tal-Qorti, ltaqgħu fi klabb f’Paceville. Ingħad li t-tfajla stiednet lil Zamzam biex imur magħha fil-lukanda.

Fix-xhieda tagħha, il-vittma spjegat li f’moħħha kellha biss il-ħsieb li hi u l-akkużat kien se jkollhom relazzjoni sesswali normali, iżda ġara li kollox inbidel, hekk kif dan allegatament rabatha u sforza lilu nnifsu fuqha.

Spjegat kif darba filgħodu sabet ruħha marbuta mal-art u li xi fattigi sabuha mal-art u ċemplu lill-Pulizija. Irrakontat li kif bdiet tiġi f’tagħha, ftakret li Abdulaziz kien rabatha bil-qalziet li kienet liebsa u bil-basket tagħha stess u li kien ġiegħla twettaq sess orali.

Kompliet tixhed li fil-mument li l-akkużat qadilha l-parti privata tagħha, hija bdiet tgħajjat u twerżaq u saħqet li bdiet taqbadlu wiċċu, ittih bil-ponn u tigirfu biex twaqqfu milli jabbużaha.

Qalet ukoll li f’ħin minnhom iddeċidiet li tipprova tikkuntattja lill-emerġenza sabiex tingħata l-għajnuna meħtieġa u li allegatament meta qabdet il-mobile, l-akkużat waddabulha fil-jacuzzi.

Meta Abdulaziz kien mistoqsi mill-Pulizija minn fejn kienu ġew dawk il-grif li kellu ġo wiċċu, huwa qalilhom li kellu xi feriti ġo wiċċu minħabba li l-ġurnata ta’ qabel mar Kemuna uħabat wiċċu. Huwa ċaħad li l-grif kienet għamlitomlu t-tfajla, hekk kif din ippruvat twaqqfu milli jorbotha. L-akkużat qal li meta rabtilha jdejha kien fis-sakra u għalhekk tilef il-kontroll. Qal ukoll li jiddispjaċih għal dak li għamel.

Wara li semgħet is-sottomissjonijiet, il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Simone Grech qalet li l-akkużat għandu jbatil-konsegwenzi ta’ dak illi għamel. Għaldaqstant, il-Qorti ordnatlu sabiex jiskonta 10 snin ħabs u ħarġet ordni ta’ trażżin għal tliet snin. Huwa ġie ordnat ukoll sabiex iħallas l-ispejjeż tal-Qorti.

Ekonomija

Sport