L-Arċisqof Charles Scicluna bħalissa qed jirkupra wara li għamel proċedura kirurġika li rnexxiet.
Wara xi jiem l-isptar, Mons. Arċisqof se jibda perjodu ta’ rijabilitazzjoni bħala parti mill-fejqan tiegħu.
Fuq parir mediku, l-Arċisqof se jkun qed inaqqas l-impenji pubbliċi tiegħu fil-ġimgħat li ġejjin sabiex jingħata mistrieħ u ħin adegwat għall-irkupru.
Huwa jixtieq jesprimi l-gratitudni sinċiera tiegħu lil dawk kollha li awgurawlu l-ġid u ftakru fih fit-talb tagħhom.
L-Arċidjoċesi ġentilment titlob li l-privatezza tal-Arċisqof tiġi rispettata matul dan il-perjodu.


