Tuesday, May 14, 2024

‘Ma tiġix ġurnata li ma nibkix … mhux quddiem binti imma xi mkien waħdi”

Tfal fl-Ukrajna mogħtija ġugarelli minn SOS Malta.

Victor Vella
Victor Vella
Ġurnalist

Aqra wkoll

Ftit jiem ilu, l-Ukreni f’pajjiżna inġabru fil-Belt Valletta. Dan għamluh biex flimkien ifakkru Jum l-Indipendenza ta’ pajjiżhom. Jum li ġie mfakkar fi żmien meta pajjiżhom qed jiffaċċja gwerra minħabba l-invażjoni mir-Russja. 

Din hi gwerra li qed toħloq tbatija kbira għall-poplu Ukren. Kemm għal dawk li telqu minn pajjiżhom u sabu kenn f’postijiet oħra inkluż pajjiżna u anke għal dawk li baqgħu hemm. Familji infirdu. Min tilef it-tfal minħabba l-attakki. Oħrajn tilfu lil żwieġhom. Familji sħaħ mietu taħt it-tifrik tal-bombi.  U quddiem dan kollu ma tistax ma tiftakarx fit-tfal.  

Imċaħħdin mill-edukzzjoni. Jgħaddi ħinijiet twal fix-xelters taħt l-art. B’nuqqas ta’ ikel. Ibatu mit-tensjoni u l-ansjetà. Fuq kollox tfal li huma imċaħħdin milli jgawdu it-tfulija tagħhom tort ta’ din il-gwerra. 

Titkellem ma’ xi Ukreni f’Malta, jgħidulek li jirringrazzjaw lill-poplu Malti li tahom kenn. Isemmulek l-inċertezza li ma jafux meta se jirritorna, meta se tieqaf din il-gwerra.

Omm, partikolari tgħidilna li “qiegħda sigura hawn Malta. Kuljum nibki imma xorta waħda. Mhux quddiem binti. Kif inkun waħdi u nibda naħseb minn dak li għaddejna u dak li għaddej f’pajjiżi”.

Fl-aħħar jiem bil-għan li tittaffa ftit minn din it-tbatija, SOS Malta bagħtet kunsinna ta’ ġugarelli għal tfal Ukreni, li jinsabu fl-Ukrajna. Tfal li l-gwerra ħalliet bla ġugarelli, ħafna minnhom spiċċaw bla dar. Kien hemm min tilef lil għeżież ġenituri tiegħu. SOS Malta riedet li bl-azzjoni tagħha toħloq tbissima fuq wiċċ dawn it-tfal għallinqas għal ftit ħin. SOS Malta tiddikjara li mhix se tieqaf tgħin lit-tfal u familji Ukreni, mhux f’Malta biss imma anki fl-Ukrajna. 

Sport