Saturday, March 15, 2025

Malta b’diskussjonijiet dwar l-importanza li n-nisa ma jaqgħux lura fit-teknoloġija

Aqra wkoll

Matul s-69 sessjoni tal-Kumitat dwar l-Istatus tan-Nisa li qed tiltaqa fi New York, is-Segretarju Parlamentari għall-Ugwaljanza u r-Riformi Rebecca Buttigieg qajmet għad-diskussjoni l-isfidi ġodda li l-iżviluppi teknoloġiċi li qegħdin iwasslu għal forom ġodda ta’ vjolenza domestika u kif jistgħu jiġu indirizzati.

F’dan il-kuntest, Malta organizzat sessjoni ddedikata dwar kif l-Intelliġenza Artifiċjali qed tinfluwenza l-ugwaljanza bejn il-ġeneri. Id-diskussjoni, li rat parteċipazzjoni ta’ diversi Ministri u rappreżentanti minn madwar id-dinja, ġie diskuss kif l-Intelliġenza Artifiċjali qed tittrasforma oqsma bħall-edukazzjoni, il-governanza u l-impjiegi.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Ugwaljanza Rebecca Buttigieg mexxiet id-delegazzjoni Maltija fin-Nazzjonijiet Uniti fejn tfakkar ukoll it-30 anniversarju mid-Dikjarazzjoni u Pjattaforma ta’ Azzjoni ta’ Beijing dwar id-drittijiet u l-avvanz tal-mara u l-mixja tagħħa għall-ugwaljanza.

“Bħala Gvern Malti, tennejna l-impenn tagħna biex inkomplu naħdmu favur l-ugwaljanza. Il-messaġġ tagħna kien ċar: il-perspettiva tal-mara għandha tkun ċentrali fil-ħidma tagħna f’kull qasam. Għalhekk organizzajna diskussjoni dwar l-importanza li n-nisa jkunu rappreżentati b’mod ġust anke fis-settur teknoloġiku.”

Matul din il-ġimgħa impenjattiva, is-segretarju parlamentari kellha diversi laqgħat bilaterali ma’ pajjiżi bħall-Ġermanja, il-Kanada, iċ-Ċina u Spanja, li fihom iddiskutiet oqsma ta’ koperazzjoni waqt li kellha skambju ta’ ideat dwar dawn l-isfidi li l-mara tiffaċċja.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport