Pajjiżna għandu fost l-inqas żgħażagħ bejn il-15 u 29 sena li jinsabu f’riskju ta’ faqar mill-pajjiżi kollha membri tal-Unjoni Ewropea.
Dan ħareġ minn ċifri li ġew ippubblikati mill-Eurostat fejn ġie rraportat li fl-2022 Malta kellha rata ta’ 2.2%. L-Istastika tal-Eurostat turi li hemm 11-il pajjiż ieħor membri tal-Unjoni Ewropea li għandhom rata ta 3% ta’ żgħażagħ li jinsabu f’riskju ta’ faqar.
Ir-rata medja ta’ żgħażagħ li jinsabu f’riskju ta’ faqar fl-Unjoni Ewropea hi ta’ 6.1%. Dan ifisser li pajjiżna hu ferm taħt il-medja.
L-aktar żgħażagħ li huma f’riskju ta’ faqar fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea huma r-Rumeni hekk kif għandhom rata ta’ 25% segwit mill-Bulgarija u l-Greċja.
Ir-rata ta’ żgħażagħ f’riskju ta’ faqar fi Franza u l-Ġermanja hija aktar minn 6%.