Friday, December 27, 2024

Malta fuq quddiem fl-aġenda tal-Papa

Aqra wkoll

Il-Papa Franġisku ħabbar li l-ewwel fil-programm taż-żjarat tiegħu fl-Ewropa hemm is-Slovakkja mbagħad Ċipru, il-Greċja u Malta. “Jiena ridt nieħu dik l-għażla. L-ewwel lejn il-pajjiżi ż-żgħar,” iddikjara l-Papa f’intervista li kellu ma’ ġurnalist Spanjol u li kienet ippubblikata fis-sit tal-Vatikan.

Il-Papa Franġisku kellu jżur Malta f’Mejju tal-2020, iżda din kellha tiġi posposta minħabba l-pandemija tal-Covid-19. Minkejja li kien hemm rapporti fuq il-mezzi tax-xandir li qalu l-Papa se jżur Malta f’Diċembru li ġej, id-data għadha mhix deċiża.

Mistoqsi mill-ġurnalisti dwar iż-żjara tal-Papa fostna, il-President ta’ Malta Dr George Vella kkonferma li hemm kuntatti bejn l-awtoritajiet Maltin, dawk Ekkleżjastiċi u s-Santa Sede b’rabta ma’ din iż-żjara. 

“Hemm kuntatti bejn il-partijiet. Li nafu żgur huwa li l-Papa għadu interessat ħafna li jagħmel iż-żjara,” qal il-President. Huwa tenna li “dawn huma affarijiet li jsiru bejn iż-żewġ naħat u meta jkun hemm id-dati maqbula, wieħed iħabbarhom. Aħna dejjem bqajna nistennew li ż-żjara tal-Papa sseħħ.”

Ekonomija

Sport