Waqt is-summit tal-Kapijiet tal-Istati tal-Unjoni Ewropea, Malta enfasizzat li se tkompli timplimenta miżuri biex tħares u tipproteġi lill-konsumaturi kontra ż-żieda fil-prezzijiet tal-enerġija b’mod partikolari wara ż-żieda fil-prezz taż-żejt. Ma’ dan se tiżgura l-provvista stabbli u konnettività adegwata.
Il-Prim Ministru Robert Abela dal li “l-uniku pajjiż fost dawk kollha li pparteċipaw f’dan is-summit, jiġifieri l-Unjoni Ewropea u lil hinn minnha li għandna dak il-prezzijiet tad-dawl, tad-dijżil, tal-petrol, tal-gass naturali u, allura, konsegwentement tal-elettriku.
Aħna l-uniku pajjiż li żammejna politika konsistenti, stabbli, li nkomplu nissussidjaw dawn il-kontijiet, nibqgħu nagħtu l-għajnuniet. Meta taħditna dwar x’inhu l-prezz tal-petrol u d-diesel u d-dawl f’pajjiżna, ma jemmnukx b’dak li tkun qiegħed tgħid.”
Hu kompla jgħid li hemm pajjiżi oħrajn jixtiequ jagħmlu l-istess bħal pajjiżna, imma mhumiex f’qagħda li jagħmluha, minħabba li l-ekonomija mhux b’saħħitha.


